Dawk tal-Game of Thrones sejrin man-Netflix

David Benioff  (it-tieni mix-xellug) u DB Weiss ma’ Maisie Williams u Sophie Turner waqt il-premiere tas-sitt staġun ta’ Game of Thrones. Ritratt: Getty

David Benioff u DB Weiss li taw il-ħajja lill-Games of Thrones iffirmaw kuntratt ma’ Netflix. Dan intqal mill-kelliem għall-kumpanija li rebħet lill-kittieba għal magħhom wara ġlieda għalihomli kellhom ma’ Amazon u Disney. Ted Sarandos, il-kap ta’ Netflix, ikkummenta li kien eċċitat li nagħqdu magħhom żewġ mustaċċuni fil-kitba ta’ stejjer.

Min-naħa tagħhom iż-żewġ kittieba qalu kemm kienu grati lejn in-network Amerikan HBO li ttrasmetta Games of Thrones.

“Kellna 10 snin mill-aqwa mal-HBO,” qalu. “Grati mmens għal kull min għen biex  Game of Thrones kellha s-suċċess li kellha.”

Huma qalu li wara li ltaqgħu ma’ Sarandos sabu li kellhom bosta ideat komuni. Fil-fatt semmew li raw l-istess films fis-Snin 80 u rrakkuntaw xi episodji minn dawn il-films lil xulxin. Hu kkalkulat li l-ftehin ta’ bejniethom se jlaħħaq miljuni ta’ dollari.

David Benioff u DB Weiss mal-kast tal-Games of Thrones waqt l-Emmy Awards tal-2015. Ritratt: Getty

Benioff u Weiss rebħu 32 Emmy Award u kellhom 160 nominazzjoni għas-sensiela tagħhom innażata fuq il-kotba a’ George RR Martin. Bħalissa qed jiktbu u jipproduċi triloġija ta’ films ta’  Star Wars kif ukoll id-drama Dirty White Boys għal Fox li tittratta ħarba minn ħabs. Sadattant HBO se jkollu prequel tal-Games of Throne fl-2020.