“Dawk li tradew in-nazzjon se jħallsu” – Prim Ministru Tork

Il-Prim Ministru Recep Tayyip Erdogan iddikjara li l-partit tiegħu rebaħ l-elezzjonijiet lokali li saru lbieraħ.
Waqt li tkellem mill-gallarija tad-dar ċentrali tal-partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp, Erdogan qal li “dawk li tradew in-nazzjon se jkunu qed iħaslu.” Żied jgħid li ħa jkun hemm minn jipprova jaħrab imma fl-aħħar mill-aħħar “se jħallas.”
Għalkemm Erdogan ma kienx kandidat f’dawn l-elezzjonjiet, għamel kampanja qalila u kemm il darba iddeskriva r-rivali tiegħu bħala “tradituri.”
Il-partit ta’ Erdogan reġa’ rebaħ il-Belt ta’ Istanbul, wara li l-partit fl-Oppożizzjoni ħadem biex is-Sindku tal-Belt ma jerġax ikun wieħed mill-kandidati ta’ Erdogan.