Dawk li se jivvutaw is-Sibt li ġej iridu jieħdu ġurament

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw is-Sibt 18 ta’ Mejju minflok fil-25 ta’ Mejju jekk se jkunu msiefra jew l-isptar għandhom imorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex jieħdu l-ġurament stipulat.

Il-ħinijiet huma:

L-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Mejju:

Mit-8:00 am sas-1:30 pm u mit-3:00 pm sas-7:00 pm.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju:

Mit-8:00 am sa 12:00 pm.

Kull applikant għandu jieħu l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.

L-Uffiċċini tal-Kummissjoni Elettorali jinsabu fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar u fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali avżat lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-18 ta’ Mejju li jrid ikollhom id-dokumenti tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.