Ansjetà, rabja u tama għan-nisa li se jwelldu waqt il-pandemija tal-coronavirus

FILE PHOTO: A pregnant woman wears a protective face mask due to the coronavirus disease (COVID-19) outbreak, as she came out from Suvarnabhumi Airport at Bangkok, Thailand March 20, 2020. REUTERS/Soe Zeya Tun

Read in English.

Persuni li bħalissa qed jistennew trabija jinsabu inkwetati, irrabjati iżda wkoll b’sinjal ta’ tama dwar x’ se jsir la darba dawn ikunu waslu biex iwelldu t-tarbija tagħhom fl-isptar.

Veronika Legat hija mara ta’ 35 sena mir-Repubblika Ċeka li qed tistenna tabija. Hija ddeċidiet li taqta’ l-kuntatt fiżiku kemm ma’ tal-familja kif ukoll ma’ tad-dar sabiex kemm jista’ jkun tnaqqas il-possibilità li tintlaqat mill-imxija tal-coronavirus u anke minn sempiliċiment riħ. It-tobba fi Praga staqsewha jekk kellhiex sintomi ta’ riħ jew influwenza. Huma infurmawha li jekk għandha dawn is-sintomi t-tarbiija tagħha li mistennija titwieled f’April li ġej se tkun mifruda minnha bħala prekawzjoni minħabba l-COVID-19. Dan jista’ jwassal biex l-omm ma tkunx tista’ tredda t-tarbija tagħha.

Hija spjegat li ma tinsabx imbeżża imma tinsab irrabjata. Żiedet li huma jinsabu d-dar u se jibqgħu hekk sakemm twelled.

Dawn il-persuni li qed jistennew tarbija jinsabu inkwetati dwar il-possibilità li jkollhom jinfirdu minn mat-tarbija tagħhom. Oħrajn jinsabu rrabjati dwar il-possibilità li s-sieħeb tagħhom ma jistax ikun ħdejhom fil-ħin tat-twelied. Hemm persuni li qed jaċċettaw appuntamenti sabiex iwelldu qabel.

F’pajjiżi differenti, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jitroduċu liġijiet differenti dwar din il-kwistjoni. Hemm pajjiżi li qed ikunu aktar stretti minn dak li qed tissuġerrixxi l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) sabiex kemm jista’ jkun jevitaw li tkompli tinfired din l-imxija.

Il-WHO qalet li m’hemmx evidenza li turi li persuni li qed jistennew arbija huma f’rikju ogħla li jkollhom il-COVID-19. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa rrakomandat li persuni li qed jistennew tarbija u jinsabu pożittivi għall-coronavirus għandhom jieħdu ħsien tagħhom infushom u jreddgħu t-tarbija tagħhom b’mod normali, l-importanti li jżommu livell għoli ta’ indafa.

Il-biża li tkun waħdek

Marika Antolev-Walczak ta’ 34 sena, li bħalissa qed tistenna tarbija qalet li hija tinsab imbeżża li trid twelled mingħajr is-sapport ta’ żewġha. Hija spjegat li fit-twelid taż-żewġ ulieda r-raġel kien importanti ħafna sabiex setgħet tikkumbatti mal-uġigħ.

Fil-Polonja, in-nisa li qed jistennew tarbija mhux jitħallew ikunu akkumpanjati waqt il-ħlas. Professjonista fit-Tramuntana tal-Polonja qal li din hija theddida mhux biss għall-omm u l-wild tagħha iżda wkoll għall-persuni mediċi. Għall-bqija tal-Ewropa hija deċiżjoni tal-persuna jekk tixtieqx tkun akkumpanjata jew le. Diversi pajjiżi qed iħallu l-persuna tkun akkumpanjata  sa ma twelled iżda mhux wara.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn