David Thake jirriżenja mill-Kunsill Lokali minħabba Delia

David Thake rriżenja mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar minħabba dak li jaħseb dwar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Adrian Delia.
F’ittra mibgħuta lil Adrian Delia, Thake spjega li hu xettiku dwar l-adegwatezza ta’ Delia bħala Kap tal-partit.
Lil Dr Delia, Thake qallu li minkejja li s-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar diġà ċċirkola l-intenzjonijiet tiegħu, xtaq jinfurmah direttament.
F’kummenti lit-Times of Malta, Thake saħaq li hemm wisq allegazzjonijiet u mistoqsijiet pendenti jduru madwar Delia u kien għalhekk li jemmen li mhuwiex addattat biex imexxi l-PN.