David Silva fadallu biss sena ma’ Manchester City

David Silva avża lill-coach tiegħu Pep Guardiola li din se tkun l-aħħar sena tiegħu ma’ Manchester City. Silva li għandu 33 sena qal li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu għax iħoss li għaxar snin huma biżżejjed.

Inizjalment, jidher li kien qed jiġi diskuss kuntratt ta’ sentejn, iżda ħass li jkun aħjar jekk jiffirma kuntratt ta’ sena. Silva, li jilgħab f’nofs il-grawnd għandu 125 tappa mat-tim nazzjonali Spanjol. Tul is-snin ma’ Manchester City, hu rebaħ erba’ titli tal-Premier League, żewġ FA Cups u erba’ tazzi tal-League.