David Casa għamel rapport għand il-Pulizija dwar like li l-Ministru Edward Scicluna għamel fuq kumment fuq il-midja soċjali li jsejjaħ għall-qtil tal-Ewroparlamentari David Casa. Scicluna qal li dan kien biss żball.
Il-Ministru lbieraħ qal li l-aġir ta’ Casa fil-konfront ta’ dan il-kumment hu “patetiku.” Huwa qal li dan kien żball li seta’ jiġi kkoreġut b’telefonata.
Trid tkun patetiku jew fi stat ta’ paniku biex tahseb li qatt ser nasal biex nixtieq id-deni lil xi hadd. Telefonata jew…
Posted by Edward Scicluna on Thursday, August 16, 2018
Casa kien assistit mill-Memru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi, li staqsa kif Malta rnexxielha tasal s’hawn.
Newsbook.com.mt bagħat xi mistoqsijiet lill-Ministru Scicluna, iżda dawn għadhom ma twiġbux.