David Bowie jħalli €92 miljun fil-wirt

21 ġurnata ’l bogħod mill-mewt ta’ David Bowie, jidher li l-istilla tar-rock, ħalla mhux anqas minn €92 miljun lill-werrieta tiegħu.
Nofs il-flus li ħalla se jmorru għand martu Iman, u l-kumplament se jinqasmu bejn iż-żewġ uliedu, Duncan u Lexi.
Il-mara se tieħu wkoll id-dar li kellhom fi New York.
L-assistent personali ta’ Bowie, Corinne Schwab, wirtet kważi €2 miljun u kważi miljun ewro ieħor mar għand Marion Skene, li kienet tieħu ħsieb lil ibnu.
Il-kantant miet b’kanċer fl-10 ta’ Jannar li għadda u kellu 69 sena.
Bowie ġie kremat jumejn wara mewtu u sar magħruf ukoll li kien talab biex l-irmied tal-katavru jinxterdu f’Bali b’ritwal Buddist.