David Agius se jikkontesta għal kariga fil-PPE

Il-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) għall-kariga ta’ Viċi President tal-European Union of Christian Democratic Workers (EUCDW).

24 moviment tal-ħaddiema minn 18-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jagħmlu parti mill-EUCDW. David Agius huwa akkumpanjat minn delegazzjoni tas-Solidarjetà Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista (SĦPN)

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej se ssir l-elezzjoni tal-Kungress tal-EUCDW fi Vjenna, fejn se jiġi ppreżentat ukoll id-dokument tal-kungress. Wieħed jista’ jsib it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea. It-temi ta’ dawn id-dokument jinkludu l-protezzjoni soċjali, l-klima, ambjent nadif u stil ta’ ħajja sana, l-innovazzjoni fl-enerġija rinnovabbli u s-sigurtà