David Agius elett Viċi President f’taqsima tal-PPE

File Photo

Il-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius ġie elett bħala Viċi President tal-European Union for Christian Democratic Workers (EUCDW) tal-Partit Popolari Ewropew (PPE).

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista li spjega li Agius ġab 91.5% tal-voti f’din l-elezzjoni li saret waqt il-Kungress tal-EUCDW fi Vjenna. Il-President  elett huwa l-Ewroparlamentari Ġermaniż Elmar Brok. L-EUCDW tħaddan fiha 24 moviment tal-ħaddiema minn 18-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

Fi Vjenna, l-Viċi Kap tal-PN David Agius jinsab akkumpanjat minn delegazzjoni tas-Solidarjetà Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista (SĦPN) li hija magħmula minn David Battistino, Neville Cassar, Alexandra Farrugia, Joseph Galea u David Grech.

David Agius se jikkontesta għal kariga fil-PPE