Filmat: DataCore tgħin l-Isfida LifeCycle 2019 permezz ta’ Platinum Sponsorship

DataCore Software qed tisponsorja l-Isfida LifeCycle li, għall-21 sena konsekuttiva, qiegħda tiġbor fondi meħtieġa biex tgħin lill-pazjenti tal-kliewi ħalli jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar u b’mod sinifikanti.

L-avveniment ewlieni tagħhom għal dan il-ġbir ta’ fondi hu n-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge. Din is-sena, 24 ċiklist se jaqdfu 2,000km fil-Vjetnam, Laos u l-Kambodja f’10 ijiem biss, minn hawn u ftit jiem oħra.

Michel Portelli, Viċi President fl-EMEA Marketing ta’ DataCore qal: “Din l-isfida ta’ karità, li ser tgħaddi minn tliet pajjiżi Asjatiċi, tenħtieġ prestazzjoni kif ukoll stamina mill-aqwa. Waħda miż-żidiet kbar fil-valur li LifeCycle ħolqot bħala karità hi li qegħda tgħin biex il-kliewi tad-donaturi jitqabblu bl-aħjar mod possibbli mal-pazjenti permezz ta’ software imsejjaħ ‘Traccia’. Dan jiffaċilita l-proċedura ħalli tinstab l-aqwa kompatibilità possibbli bejn donatur ta’ kilwa u l-pazjent li jirċieviha. Bħala produttur ewlieni tas-software, DataCore tammira kemm din l-applikazzjoni kif ukoll l-etos ta’ min ħoloqha. Ninsabu kuntenti li qegħdin nappoġġjaw din l-inizjattiva filwaqt li nsegwu l-progress tagħha b’interess.”

Il-fundatur tal-LifeCycle, Alan Curry qal: “Qegħdin fil-21 sena tagħna biex ngħinu lill-pazjenti li jbatu minn insuffiċjenza fil-kliewi. Nirringrazzjaw lil DataCore talli ngħaqdu mal-isponsers tal-platinjum tagħna għall-isfida ta’ din is-sena li tinkludi għoljiet f’temp ta’ sħana tropikali ta’ aktar minn 30 grad.

Mill-Vjetnam se naqdfu bir-roti tul id-Delta tax-xmara Mekong u ntemmu l-isfida f’wieħed mill-isbaħ għeġubijiet tad-dinja, it-tempju ikoniku ta’ Angkor Wat. Kull sponser hu stmat ta’ eroj min-naħa tagħna. Dan għaliex ikun qed jagħmel differenza tanġibbli għar-riżultati tal-pazjenti, kif ukoll fil-ħajja tal-familji li jkunu qed jgħinuhom.”

Fl-EMEA, DataCore għandha bosta li huma ċiklisti u dawn huma kuntenti li l-LifeCyclists se jkollhom il-logo ta’ DataCore fuq l-flokk tagħhom.

Segwi l-progress tan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 fuq https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge/