Darren Abdilla lura mal-Gżira Utd

Il-Gżira United Football Club ħabbar ir-ritorn ta’ Darren Abdilla bħala l-kowċ tat-tim. Hu b’hekk se jieħu post Paul Zammit. Dan tħabbar ilbieraħ filgħaxija waqt il-laqgħa Ġenerali annwali li tmexxiet minn Sharlon Pace.

Għal Abdilla dan ifisser ritorn mat-tim tal-Gżira li magħhom kien jagħmel parti mill-2015 sa Frar 2019. Is-sajf li għadda huwa ngħaqad ma’ Valletta u spiċċa fi Frar li għadda.

Gzira United ħabbru li Darren Abdilla għandu kuntratt magħhom għal sentejn.

Ritratt: Facebook/GżiraUnited

L-aħbar li Abdilal ngħaqad lura mal-Gżira kienet it-tieni waħda għal Gżira United wara li aktar kmieni kien tħabbar li Kevaughn Atkinson ffirma biex jilgħab mal-klabb għal sentejn.

Huwa b’hekk se jkun it-tieni plejer Ġamajkan ma’ dan it-tim.