Darmian viċin li jmur ma’ Napoli

Il-president ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis stqarr li jinsab ferm interessat li jixtri lil Matteo Darmian mingħand Manchester United. Id-difensur Taljan telaq lil Torino sabiex imur jilgħab fil-Premier League Ingliż fl-2015 u deher 85 darba għal Manchester United. Madanakollu hu lagħab 8 darbiet biss matul it-tieni staġun ta’ Jose Mourinho bħala l-kowċ tar-Red Devils u ammetta li jrid jilgħab b’mod iżjed regolari.

Santiago Arias ta’ PSV Eindhoven kien ukoll fil-mira ta’ Napoli iżda l-Kolombjan laħaq iffirma ma’ Atletico Madrid sabiex jieħu post Sime Vrsaljko.