Darba f’sena l-faċċata tal-gazzetti b’aħbarijiet pożittivi

Qed jinġabru l-firem biex f’ġurnata fis-sena l-aħbar ewlenija fil-faċċati tal-gazzetti u l-ewwel aħbar fil-punti tal-aħbarijiet, tkun pożittiva.
Il-petizzjoni tgħid li għalkemm huwa importanti li jiġu rrappurati l-inġustizzji u l-krudeltà madwar id-dinja, huwa wkoll essenzjali li fl-aħbarijiet jiġu trattati affarijiet pożittivi.
Lida Sherafatmand, li bdiet din il-petizzjoni qed tissuġġerixxi li t-28 ta’ Novembru tkun l-A World Day Call to Beauty.  Spjegat li nisimgħu ħafna lmenti dwar il-gwerer u l-vjolenza, iżda l-midja ħafna drabi tkun sensazzjonali u tuża xeni ta’ dwejjaq biex tiġġenera l-flus.