Darab lil martu f’rasha wara li rritornaw minn vaganza

Raġel minn Ħal Tarxien ġie akkużat lil darab lil martu wara li xejrilha daqqa fuq rasha hekk kif kienu qed jirritornaw minn vaganza fi Sqallija.

Il-każ seħħ waqt li l-koppja, li għaddejjin minn proċeduri ta’ separazzjoni, kienu fil-karozza, u wara li wasslu l-ġenituri tal-mara d-dar, ir-raġel niżel jixtri. Kif irritorna fil-karozza, qal lil martu: “Ma nsejtx dak li għedtli fuq il-vapur,” u fil-pront fajrilha daqqa fuq in-naħa ta’ wara ta’ rasha u kkawżalha ġrieħi ħfief.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li r-raġel imur jgħix mal-ġenituri tiegħu ż-Żejtun. Il-Qorti aċċettat it-talba għall-ħelsien fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,500 filwaqt li ordnat protezzjoni lill-vittma.