Dar tieħu n-nar f’Tas-Sliema

3 karozzi Nar Ħal Qormi Protezzjoni Ċivili

Residenza f’Tas-Sliema ħadet in-nar għall-ħabta tal-4.30pm, ikkonferma kelliem għall-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jitfu n-nar, li seħħ fi Triq Matteo Pulis.

Il-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li n-nar qabad minn generator tal-elettriku, iżda jidher li ħadd ma weġġa’.