Aġġornata: Ħadd ma weġġa’ fin-nar li ħakem dar fin-Nadur

Dar fin-Nadur ħadet in-nar u fuq il-post  kien hemm il-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfuh.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-3.30pm fi Triq tat-Tarġa. Qal ukoll li d-dar hija abbandunata, u kienet tintuża biex jinħażen l-injam fiha. Sors ta’ Newsbook.com.mt qal li residenti fid-djar qrib ġew evakwati u dan ġie kkonfermat mill-Pulizija iktar tard. Minkejja li d-dar mhix abitata, il-pumpiera kienu qed jiċċekkjaw għal xi annimali li jaf kien hemm ġewwa.

Xi membri ta’ Protezzjoni Ċivili ngħataw l-ewwel għajnuna minħabba d-dħaħen li belgħu, madankollu kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’.

Għadu mhux magħruf jekk in-nirien ġewx ikkontrollati. Fuq il-post kien hemm il-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Issejħu wkoll uffiċjali tal-Enemalta biex jaraw kif jistgħu jevitaw xi periklu li jista’ jkun hemm.