Dar tieħu n-nar f’Ħal Qormi; 2 l-isptar

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei kmieni dalgħodu wara li ħadet in-nar id-dar tagħhom u kawża ta’ dan belgħu d-dħaħen.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ fis-2am wara li għal xi raġuni qabad il-bieb tad-dar li tinsab fi Triq il-Kanuni.
Minkejja dan, jidher li ma weġġa’ ħadd kawża tal-inċident.
Il-Pulizija kkonfermaw ukoll li fuq il-post issejjħu l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.