Dar taqbad fil-Bypass ta’ Birkirkara

Dar ħadet in-nar fil-Bypass ta’ Birkirkara, iżda jidher li ħadd ma weġġa’.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li huma rċevew telefonata dwar dan fis-2.15pm dwar dar fi Triq Dun Karm.

Uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jitfu n-nar u sabu li n-nar beda mill-garaxx.