Dar Papa Franġisku b’medja ta’ 316-il ikla b’xejn fil-ġimgħa

F’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, Dar Papa Franġisku tat 7,602 ikla lil 283 persuna li żaret id-dar, jiġifieri medja ta' 316-il ikla fil-ġimgħa.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, fi tweġiba lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Ivan Bartolo.
Il-Ministru kompla jgħid li minn dawn li użaw is-servizz, 118-il barrani, u l-bqija Maltin.
Temm iwieġeb li 176 persuna użat ukoll is-servizz tal-irqad li toffri d-dar.