​Dar ġdida għall-persuni bid-dimensja f’Għajnsielem

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li se jkun hemm blokka addizzjonali fid-dar għall-anzjani ta’ San Ġużepp f’Għajnsielem li se tkun iddedikata għall-każijiet ta’ dimensja.
Fi stqarrija Caruana qalet li l-proġett tad-dar għall-anzjani ta’ San Ġużepp ġie aġġornat biex jiżdiedu s-servizzi lil firxa iktar wiesgħa ta’ bżonnijiet.
Justyne Carauna stqarret li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jindirizza l-isfida tal-anzjanità f’Għawdex u li hu konxju li r-rata ta’ dimensja qed tiżdied.
Skont Caruana, saru emendi biex id-dar tkun totalment dementia friendly, inkluż bi provvista ta’ sodod kemm għal servizzi residenzjali kif ukoll ta’ respite.