Daqt jagħlqu s-sottomissjonijiet ta’ L-Għanja tal-Poplu

Baqa’ erbat ijiem ċans biex il-kompożituri u l-awturi jdaħħlu kanzunetta f’L-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena. 
Is-sottomissjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar. 
L-għada, ġurija esperti fil-lirika u l-mużika, se jagħżlu il-kanzunetti finalisti.  
Id-39 edizzjoni tal-festival se ssir fil-21 ta’ Marzu 2015 fis-Sala Sir Temi Żammit fl-Università ta’ Malta.  
L-Għanja tal-Poplu se jkun parti integrali mill-attivitajiet ta’ Valletta 2018. 
Il-festival se jixxandar fuq TVM2 fl-1 ta’ April 2015.