Daqt ikunu disponibbli l-vawċers għas-Coeliac

Is-Segretarju għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se tidħol fis-seħħ is-sistema tal-vawċers għall-persuni Coeliac.
Waqt laqgħa bejn is-Segretarju Parlamentari u l-Assoċjazzjoni tas-Coeliac, ġie diskuss li l-vawċers se jibdew jinġabru mill-Kunsilli Lokali u jissarfu fi prodotti mingħajr dqiq.
Nies bil-Kartanzjan jew bil-karta r-roża huma eleġibbli għal vawċer b’valur għola. 
Jidher li kien hemm madwar 50 ħanut madwar Malta u Għawdex li urew ix-xewqa jieħdu sehem f’din l-iskema. 
Ġaladarba s-sistema tidħol fis-seħħ, l-Assoċjazzjoni qablet li terġa’ tiltaqa’ mad-Dipartiment tas-Saħħa biex tagħti kritika kostruttiva.
Ftit jiem ilu l-Assoċjazzjoni ħarġet kontra s-sistema ta’ vawċer għax il-valur mogħti jfisser tnaqqis sostanzjali għal dawk li jiġbru prodotti mingħajr glutina.