Daqshekk xtrajt charms tal-Pandora

Il-ħanut tal-Pandora ħabbar lill-klijenti tiegħu b’email li se jkun qed itemm l-operat tiegħu f’Malta.

Is-sit Malti se jagħlaq fl-10 ta’ Diċembru u l-klijenti tiegħu se jitħassru mis-sistema, għalhekk huma mħeġġa biex jirreġistraw mal-kumpanija minn pajjiż ieħor.