Daqshekk xeni ta’ bews fis-sensiela Neighbours

Hekk kif mill-ġimgħa d-dieħla fl-Awstralja se jibdew jitneħħew xi miżuri li ttieħdu bħala prevenżjoni għat-tixtrid tal-coronavirus, tħabbar li se jkun qed ikompli l-ġbid fus is-sett tas-soap opera Neighbours, li dan l-aħħar iċċelebrat il-35 sena anniversarju minn mindu bdiet tintwera.

Id-diriġenti ta’ din is-sensiela però ħabbru li  jkunu qed jeffettwaw bosta miżuri biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtá tal-atturi u l-ħaddiema kollha ta’ din is-sensiela.

Għalhekk mhux se jkun hemm aktar xeni ta’ bews waqt din is-sensiela u mill-ġimgħa d-dieħa meta jibda l-filming anki l-attturi, fil-karattri li jinterpretaw, se jkunu qed iżommu d-distanza minn xulxin. Madanakollu x-xeni se jkunu qed jittieħdu minn angoli differenti biex b’hekk l-atturi ma jkunux qed jidhru daqshekk ‘il bogħod minn xulxin. Dan ifisser li mhux se jkun hemm ukoll xeni ta’ intimità bejn il-karattri u lanqas xejni fejn xi karattri jidhru li jkunu qed iżommu idejn xulxin.

Mhux biss, iżda flok issir sejħa għall-extras, se jkunu membri tal-crew li se jidhru fl-isfond biex b’hekk jevitaw milli jkun hemm ħafna nies żejda fuq is-sett tas-sensiela

Fuq is-sett tas-sensiela se jkun hemm ukoll infermjieri li se tkun qed tiċċekkja t-temperatura ta’ kull persuna li tidħol fuq is-sett filwaqt li l-atturi rġiel mhux se jkun qed isirilhom l-ebda irtokk filwaqt li l-atturi nisa jmorru lesti bil-make up iżda mhux se jkollhom make up artist fuq is-sett biex tirranġalhom l-aħħar irtokki.