Daqshekk tista’ tuża l-bus stop ‘Kulleġġ’ fl-Imsida – MPT

Il-Malta Public Transport qalet li l-pubbliku mhux se jkun jista’ jagħmel użu mill-bus stop bl-isem ‘Kulleġġ’ fl-Imsida għal perjodu indefinit.

F’aġġornament tas-servizz illum imtella’ fuq l-app u l-website tat-trasport pubbliku ġie spjegat li l-waqfa li tagħmel man-naħa li tieħdok lejn id-direzzjoni ta’ Birkirkara mhux se tibqa’ tintuża minħabba xogħol infrastrutturali.

Ġie spjegat li issa, l-karozzi Tal-Linja se jkollhom jibqgħu jsuqu u jwaqqfu fil-waqfa li jkun imiss wara jiddependi d-destinazzjoni. Jiġifieri jew fil-waqfa magħrufa bħala ‘Marina’ li tiġi qabel il-waqfa sospiża, jew inkellha fil-waqfa magħrufa bħala ‘Garcin’ fi Triq il-Wied jew il-waqfa ‘Msida’ li tinsab fix-Xatt ta’ Tal-Imsida.