Daqshekk tista’ tibgħat affarijiet Sqallija bis-SendOn

Il-MaltaPost qiegħda tavża lill-klijenti tagħha li s-servizz SendOn mhux se jibqa’ offrut fi Sqallija.

F’email lill-klijenti, il-MaltaPost avżat li mill-25 t’Awwissu, il-faċilità ta’ SendOn fi Sqallija se tiġi sospiża b’mod indefinit. Oġġetti li jintbagħtu hawn wara din id-data se jintbagħtu lura lil min ikun bagħathom.

Is-servizz SendOn jippermetti lil dak li jkun biex jibgħat oġġetti li jixtri online f’indirizz barra minn Malta, li jingħatalu mill-MaltaPost, meta dawn l-oġġetti ma jkunux jiġu Malta.