Daqshekk tipjip għall-Ingliżi li twieldu wara s-sena 2000

Numru ta’ tobba fl-Ingilterra appellaw lill-British Medical Association sabiex jikkonvinċu lill-Gvern Ingliż jagħmel projbizzjoni assoluta fuq it-tipjip għal kull min twieled mis-sena 2000 l’hawn.
B’hekk l-età minima għal min jista’ jixtri s-sigaretti tiżdied kull sena sakemm it-tipjip fl-Ingilterra jkun eliminat kompletament.
Iktar minn 100,000 persuna fl-Ingilterra tmut kull sena riżultat ta’ mard assoċjat mas-sigaretti.
Minkejja numru ta’ tentattivi kontra t-tipjip, 20% tal-Ingliżi għadhom ipejpu.