Daqshekk talb mill-Musulmani fl-Imsida

Il-Gvern u l-komunità Musulmana f’Malta laħqu ftehim biex it-talb ta’ nhar ta’ Ġimgħa jsir f’post alternattiv minflok quddiem il-Knisja tal-Imsida.
B’mod temporanju it-talb mill-Musulmani se jibda jsir f’żona miftuħa fl-Ospizio li tifforma parti minn binjiet li huma propjetà tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Iż-żewġ partijiet ftehmu li dan il-post joffri l-privatezza li jixraq lil kull attività reliġjuża.
Fl-istess waqt qed jiġu diskussi soluzzjonijiet oħra aktar fit-tul f'faċilitajiet eżistenti.
Dan il-ftehim intlaħaq wara taħditiet bejn il-Ministri Helena Dalli, Evarist Bartolo u Owen Bonnici u rappreżentanti tal-komunità Musulmana f’Malta.