Daqshekk stennejt fit-Triq tal-Barrani

Ix-xogħol fil-junction li tgħaqqad it-Triq tal-Barrani ma’ Triq Ħal Tarxien jidher li tlesta.

Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Infrastruttura li spjegaw li fix-xhur li għaddew ġie mfassal disinn ġdid sabiex jittaffew id-diffikultajiet ta’ dawk li jagħmlu użu minn din it-triq prinċipali minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.

Id-disinn jinkludi żewġ bypass lanes ġodda, waħda mal-ġenb ta’ Triq tal-Barrani u oħra li tagħti aċċess għal Triq tal-Barrani minn Triq Ħal Tarxien, mill-Gudja u Ħal Għaxaq.