Daqshekk smartphones?

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Magic Leap Rony Abovitz jemmen li n-nuċċali misterjuż li qed tiżviluppa l-kumpanija tiegħu ftit żmien ieħor għad jieħu post il-mowbajls, televixins, laptops u tablets.
Għalkemm meta Abovitz għamel din l-istqarrija aktar kmieni din il-ġimgħa ħafna kienu xettiċi dwar dak li qal, fil-verità Abovitz mhux l-uniku eżekuttiv teknoloġiku li qed isostni li l-ismartphone dalwaqt jispiċċa.
Is-sena l-oħra l-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg sostna li t-teknoloġija li timponi viżwal diġitali fuq ir-realtà fiżika, magħrufa aktar bħala augmented reality, kapaċi tieħu post kwalunkwe apparat li juża skrin fi ftit żmien ieħor.
Dan il-fatt sostnietu wkoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Microsoft Satya Nadella li qalet kemm-il darba li l-apparat bi skrin li jintlibes mar-ras għad jieħu post il-kompjuter li nafu llum.
Fil-verità mhux ta’ b’xejn li ħafna jinsabu eċitati biex din it-tip ta’ teknoloġija proposta minn Abovitz. Jekk nuċċali jkun kapaċi jiproġettalek il-messaġġġi, l-imejla, Netflix, filmati u facebook fl-arja quddiemek, għalfejn għandek iġġorr mowbajl ieħor?
Għalkemm in-nuċċalijiet teknoloġiċi tal-preżent bħall-Holo Lens ta’ Microsoft għadhom pjuttost limitati, il-kumpaniji tat-teknoloġija lkoll jinsabu f’tellieqa biex jiżviluppaw l-ewwel nuċċali avvanzat li jkun kapaċi jieħu post il-mowbajl.