Daqshekk riklami tal-energy drinks fl-Arabja Sawdija

Minn din il-ġimgħa, dawk li jirreklamaw l-energy drinks fl-Arabja Sawdija, se jiġu kkastigati. Il-Gvern qed iqis li dawn ix-xarbiet huma ħżiena għas-saħħa.
L-importaturi lanqas se jitħallew jisponsorjaw attivitajiet speċjali, soċjali u kulturali.
Il-projbizzjoni bdiet tgħodd min-nhar it-Tnejn u jridu jitwaħħlu avviżi fuq il-bottijiet li jsemmu l-perikli għas-saħħa ta’ dawn ix-xarbiet.
F’Marzu, il-kabinett tal-Arabja Sawdija approva miżuri iebsa li jikkontrollaw il-bejgħ, ir-reklamar u l-konsum tal-energy drinks.
Dawn ix-xarbiet lanqas jistgħu jitqassmu mingħajr ħlas.