“M’għandux ikun hemm rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-bordijiet”

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet fil-Parlament li m’għandux ikun hemm iktar rappreżentanti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni fuq il-bordijiet.

Meta kienet qed titkellem waqt id-diskussjoni fuq l-estimi tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastrutturali u Proġetti Kapitali, Dr Portelli qalet li dan il-ministeru jiddefinixxi lill-pajjiż kemm tal-lum kif ukoll tal-futur u allura dan il-ministeru jrid ikollu viżjoni għall-immedjat kif ukoll fit-tul. Malta għandha tkun ukoll post fejn jieħdu pjaċir jgħixu fih il-Maltin u jżuruh il-barranin.