Daqshekk rajtuhom!

Il-kast tal-2019 ta' BH2019

Kien hemm stennija kbira għar-ritorn tagħhom fuq it-televiżjoni, iżda kull tama li se nkomplu narawhom sfumat fix-xejn.

BH90210 mhux se jkun qed jirritorna għat-tieni staġun wara li l-ewwel staġun ftit li xejn kellu success fl-Istati Uniti u l-għola figura li laħħaq tul is-sitt puntati tiegħu kien ta’ 1.9 miljun telespettatur.

Dawn l-episodji reġgħu kellhom bħala protagonisti lill-atturi tas-serje oriġinali tas-Snin 90, li fl-ewwel puntata taw ukoll tislima lill-attur Luke Perry, li kien jinterpreta lil Dylan Walsh u li miet f’Marzu li għadda wara li sofra minn puplesija.

Għalkemm fl-Istati Uniti dan l-istaġun il-ġdid ma tantx għamel ħoss, kienu bosta fans madwar id-dinja li xtaquhom li jkomplu, iżda n-numri ta-segwaċi fis-sitt puntati li xxandru matul is-sajf ma kienux b’saħħithom biżżejjed biex l-atturi jergħu jiġu kkuntrattjati għal staġun ieħor.