Daqshekk permessi ġodda għall-bini tal-pompi tal-petrol – Muscat

Read in English.

Iċ-Chairman tal-Kumitat parlamentari dwar l-Ambejnt u deputat Laburista Alex Muscat stqarr li bil-policy il-ġdida mhux se jingħataw iktar permess għall-bini tal-pompa tal-petrol ġodda.

Meta kien qed jitkellem fid-diskussjoni dwar l- abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Muscat qal li l-kumitat wasal biex jagħlaq id-diskussjoni dwar l-Fuel Service Station Policy.

Huwa qal li r-regoli l-ġodda huma iebsin tant li l-policy l-ġdida se ddaħħal il-kunċett ta’ ‘numerus clausus‘ u se jkun kważi impossibbli li jingħataw permess tal-pompi tal-petrol ġodda.