Daqshekk obeżità għall-‘bobbies’

Il-‘bobby’ Ingliż spiċċa taħt attakk, mhux minn xi forza militari imma mill-Kap ta’ Scotland Yard stess.
Sostna li ma jistax ikun li l-Pulizija Ingliżi jkollhom ħxuna jew piż żejjed u insista li min jitlob l-għajnuna lill-Pulizija ma jistax jara ġej jgħinu uffiċjal li bil-kemm jiflaħ jimxi jew li jonfoħ.
Ħeġġeġ biex jissaħħu t-testijiet fiżiċi li suppost jagħmlu kull sena l-Pulizija għax dawn s’issa mhux iħallu r-riżultat meħtieġ.