​“Daqshekk Meals on Wheels għal dawk li jistgħu joħorġu mid-dar”

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li mistenni jirdoppja l-għadd ta’ persuni li se jkunu eliġibbli għall-iskema ‘Meals on Wheels’.
Semma kif dan is-servizz ma jistax jibqa’ jingħata lil dawk il-persuni li japplikaw għalih, u mbagħad joħorġu mid-dar biex jattendu attivitajiet soċjali.
Fl-istess waqt ħabbar li l-Gvern dalwaqt se joħroġ tender ġdid bil-għan li jiġi assigurat li għal din l-iskema, jappikaw biss għaliha persuni li ma jistgħux joħorġu minn darhom.
Il-Ministru Farrugia ippreċiża li l-Gvern mhuwiex se jwaqqaf dan is-servizz għall-persuni li diġà jibbenefikaw minnu.
Dan it-tagħrif ingħata fi tweġiba parlamentari għal mistoqsija li saret mid-deputati Nazzjonalisti Paula Mifsud Bonnici u Robert Cutajar.