Daqshekk kimoterapija għal Rebecca – Puttinu Cares

Puttinu Cares ħabbar li llum l-ewwel ġurnata li Rebecca Zammit Lupi tista’ tgħid li sabet lilha nnifisha ħielsa mill-kimoterapija.

Rebecca li għandha 14-il sena kienet qed tirċievi l-kimoterapija biex tgħinha tfiq minn kanċer għal dan l-aħħar żmien.

Puttinu Cares sostna li din hija ġurnata ta’ ċelebrazzjoni. L-għaqda li tgħin tfal u familji ta’ persuni li jkollhom bżonn ifittxu kura għall-kanċer u mard ieħor qalet li tinsab kburija b’Rebecca u sostniet li hija verament eroj.

Today is the day when Rebecca will be free of chemotherapy!!! A day to celebrate. We are so proud of you Rebecca. You are an inspiration and a true hero ❤️❤️❤️

Posted by Puttinu Cares on Saturday, July 4, 2020