​Daqshekk karozzi antiki bid-diesel f’parti minn belt fil-Ġermanja

GERMANY

Il-Belt Hamburg fit-tramuntana tal-Ġermanja se tipprojbixxi karozzi antiki li jaħdmu bid-diesel minn żewġ toroq prinċipali fil-31 ta’ Mejju, skont il-Gvern Lokali tal-Belt.
Ir-Reuters qalet li dan se jżid il-pressjoni fuq il-kumpanija Volkswagen u kumpaniji oħra li jipproduċu l-karozzi biex isolvu il-problema tat-tniġġis f’xi mudelli tal-karozzi tagħhom.
Din il-projbizzjoni qed issir wara li qorti Ġermaniża qalet li l-Ġermanja għadha tara li l-livelli tat-tniġġis tagħha jkunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-Gvern tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ilu jipprova jevita dawn it-tip ta' projbizzjonijiet.
Ritratt: Reuters