Daqshekk imsielet fl-iskejjel

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

L-istudenti bniet u subien li jattendu fl-iskejjel tal-Gvern ma jistgħux jilbsu msielet jew studs. Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Edukazzjoni li aġġorna l-policy dwar l-imsielet fl-iskejjel b’effett immedjat.

Il-ġimgħa l-oħra ġenituri ta’ tifel ta’ 12-il sena li jattendi fi skola tal-Gvern fir-Rabat Għawdex ilmentaw li binhom qed jiġi diskriminat minħabba li, kuntrarju għall-istudenti bniet, mhux qed jitħalla jilbes studs għall-iskola. Il-ġenituri qalu li binhom ġie mwiddeb li jekk jerġa’ jilbes l-istuds, dawn kienu se jitteħdulu. Minħabba f’hekk huma tkellmu mal-amministrazzjoni tal-iskola kif ukoll mal-Ministru Evarist Bartolo li weġibhom li l-policy kienet se tkun aġġornata.

F’kumment li ta lil TVM, il-Ministru qal li din id-deċiżjoni ma kinitx relatata ma’ ugwaljanza, iżda ttieħdet minħabba s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal.