Daqshekk HRH waqt li se jroddu lura l-flus għar-restawr tad-dar

Il-Prinċep Harry u Meghan mhux se jibqgħu jużaw it-titlu HRH (His /Her Royal Highness) u lanqas mhu se jirċievu iktar fondi minħabba impenji rijali, ħabbar dan Buckingham Palace.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mistennija iħallsu lura 2.4 miljun sterlina li ħadu mit-taxxi għall-immodernizzar ta’ Frogmore Cottage li se jibqa’ d-dar tagħhom.

Dan l-arranġament se jibqa’ jseħħ mir-Rebbiegħa li jmiss, l-istess Buckingham Palace qal.

Din l-istqarrija ħarġet wara li r-Reġina kellha taħditiet mal-koppja t-Tnejn li għadda dwar il-futur tagħhom wara li stqarrew pubblikament li jixtiequ jagħmlu pass lura mill-ħajja Irjali tagħhom.