Daqshekk hand-luggage b’xejn mat-titjiriet tar-Ryanair

Bħala soluzzjoni biex “iħaffu l-imbark” fuq it-titjiriet, Ryanair qed tenforza r-regoli dwar il-bagalji li l-passiġġiera jistgħu jtellgħu magħhom. Minn Novembru, il-passiġġieri xorta se jitħallew jieħdu basket personali żgħir fil-kabina, madanakollu dan irid joqgħod taħt is-sedil ta’ quddiem.

Jekk iridu jieħdu bagalja żgħira ta’ 10kg abbord, dawn ikollhom iħallsu €6.66 u jkollhom iħallsu ukoll sa €11.10 jekk iridu li l-borża tinżamm fl-istiva minflok. Taħt ir-regola l-ġdida, 95 passiġġier biss – madwar nofs it-total għal kull titjira – se jkunu jistgħu iħallsu biex jieħdu l-borża żejda abbord.

Passiġġieri oħra jkollhom iħallsu €8.88 sa €11.10 għall-borża ta’ 10kg tagħhom biex jidħlu fl-istiva. Bagalji akbar se jiswew €27.75. Din hija t-tieni darba f’sena li Ryanair bidlet il-proċedura tal-bagalji tal-kabina tagħha.