Daqshekk ċinema għad-dawl tal-qamar fil-Belt

ċinema dawl qamar Belt
Facebook

Wara sitt snin konsekuttivi, il-festival taċ-ċinema bl-isem ta’ Triq Cinemoon Festival ma ngħatax il-permess li jsir fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta.

Dan ħabbruh f’post fuq il-paġna ta’ Facebook tal-festival fejn spjegaw li l-permess mill-Kunsill Lokali ma ħariġx wara li xi residenti lmentaw u saru rapporti lill-Pulizija għax tingħalaq it-triq.

It-tim tal-festival sostna li jinsab diżappuntat u rrimarka li jidher li grupp ta’ adulti jaraw film flimkien għad-dawl tal-qamar jidher li qed idejjaq lin-nies aktar mill-mużika tgħajjat ħierġa minn bosta stabbilimenti u l-ħsejjes tat-traffiku ta’ kuljum.

Kawża ta’ dan l-avveniment li kellu jsir il-Ħamis li ġej tħassar sakemm tinstab żona ġdida fejn isiru l-aħħar żewġ avvenimenti li kien hemm fil-programm.

Hello everybody, Let’s go straight to the point: Valletta council is not given us more permits to set up Triq Cinemoon…

Posted by Triq Cinemoon Festival on Tuesday, August 21, 2018