Daqshekk bżieżaq f’41 lokalità Maltija

41 kunsill lokali ffirma ftehim biex ma jittajrux aktar bżieżaq f’attivitajiet organizzati mill-kunsilli lokali u mill-għaqdiet tal-lokalitajiet parteċipi.

Dan qalitu l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fi stqarrija, fejn spjegat li l-ftehim bejnha u bejn il-Malta Clean Up ġej mill-ħsara ambjentali li jikkawża l-plastik li jispiċċa fil-baħar, kemm fuq l-ambjent, u anke fuq il-ħajja marittima.

F’din il-konferenza stampa, l-Assoċjazzjoni ssuġġeriet xi alternattivi ta’ dekorazzjonijiet minflok il-bżieżaq.