Daqshekk azzjonijiet industrijali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid

Intemmu l-azzjonijiet industrijali li ġew ordnati mill-General Workers Union u li kien ilhom fis-seħħ għal dawn l-aħħar jiem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
Il-unjin qalet li dawn l-azzjonijiet intemmu wara intervent mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn f’laqgħa magħha ntlaħaq ftehim għall-benefiċċju tal-ħaddiema u tal-pazjenti. 
Il-kwistjoni kienet tirrigwarda l-introduzzjoni ta’ dmirijiet ġodda għall-ħaddiema tar-Reception taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.