​Daqsekk ċekkijiet għall-istudenti, il-flus diretti fil-kont tal-bank

Minn din is-sena akkademika l-istudenti Għawdxin li jattendu l-Università ta’ Malta, mhux se jibqgħu jirċievu ċekk bis-sussidju tal-akkomodazzjoni u t-trasport. Minflok se jibdew jirċievu s-somma allokata lilhom direttament fil-kont tal-bank.
Dan qalu ma’ Newsbook.com.mt, Jonathan Mintoff, l-Aġent President tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG), li spjega li wara stħarriġ li għamlet l-organizzazzjoni, din il-proposta ġiet ippreżentata lill-Prim Ministru u wara li ntlaqgħet se tiġi attwata minn din is-sena.
Kull student Għawdxi li jattendi l-Università ta’ Malta jingħata €400 kull tliet xhur, tliet darbiet f’sena.
L-intervista sħiħa ma’ Jonathan Mintoff tista’ tismagħha waqt il-programm Baħar Jaqsam, nhar il-Ġimgħa li ġej fit-3.05pm fuq RTK.