Daqqa ta’ ħarta għall-ekonomija Amerikana

Reuters

L-Ekonomija Amerikana ħadet daqqa mhux mistennija mid-deċiżjoni tal-Kungress Amerikan li ma jgħaddix il-fondi neċessarji biex jitħallsu l-ħaddiema Federali Amerikani.

Dan kif l-iktar il-famuż ‘shutdown’ impost mill-kungress Amerikan wara n-nuqqas ta’ qbil dwar min se jiffinanzja il-ħajt li l-President Amerikan Donald Trump irid jibni mal-konfini tal-Messiku, issa daħal fil-25 ġurnata tiegħu. Ħafna mill-ħaddiema intbagħatu d-dar jew qed jaħdmu bla paga.

Il-President trump qed jinsisti li għandu jkun il-kungress li joħroġ is-somma ta’ 5.7 biljun ewro biex jinbeda il-famuż ħajt din is-sena bil-konsegwenza li 800 mitt ħaddiem inbagħat id-dar bla paga.

Jekk it-tilwima tkompli, il-qrati federali se jispiċċaw bla fondi sal-25 ta’ Jannar li mistennija jwasslu għal xkiel ieħor fil-qasam tal-ġustizzja.

Il-President kommess li jkompli jiddiskuti,  tant li illum mistenni jistenni jiffirma digriet biex jiżgura li meta l-affarijiet jiġu għan-normal, il-ħaddiema federali jieħdu b’ lura il-paga tagħhom.