Daqqa lura għat-taħdidiet fin-Nikaragwa

A burned bus is seen during a protest against Nicaragua's President Daniel Ortega's government at neighborhood in Managua, Nicaragua June 15, 2018.REUTERS/Oswaldo Rivas

It-taħdidiet bejn il-Gvern tan-Nikaragwa u l-gruppi tas-soċjetà ċivili bl-għan li jwaqqfu xahrejn ta’ instabbilità politika ħadu daqqa lura wara li l-Gvern ma aċċettax it-talba li ssir investigazzjoni internazzjonali dwar il-vjolenza li ħalliet 170 persuna mejta waqt protesti.

Il-President Daniel Ortega kien aċċetta li jkompli d-diskussjonijiet li kienu qed isiru b’medjazzjoni tal-Knisja Kattolika.

It-taħdidiet twaqqfu minħabba rapporti ta’ vjolenza fil-kapitali Managua u nuqqas ta’ qbil bejn in-negozjaturi.

Fuq it-televiżjoni dehru filmati ta’ pulizija jisparaw ħdejn kampus ta’ università.

L-istudenti Universitarji kienu qed imexxu demostrazzjonijiet kontra dak li qed jiddeskrivu bħala t-tmexxija awtoritarja ta’ Ortega.

Demonstrators take part in funeral service of Agustin Ezequiel Mendoza, who was shot in recent protests against Nicaraguan President Daniel Ortega’s government in Tipitapa, Nicaragua June 15, 2018.REUTERS/Oswaldo Rivas