Daqq ta’ qniepen wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja?

Il-kwalifika ta’ Franza għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ġiet milqugħa minn kulħadd, inkluż minn xi qassisin, li diġà qed iħejju l-qniepen tal-knisja f’każ ta’ rebħa Franċiża.

Kollox beda minn Tweet ta’ Dun Pierre Amar, kappillan fid-Djoċesi ta’ Versailles. “Irrid 17-il persuna jdoqqu l-qniepen tas-17-il knisja tiegħi flimkien fil-15 ta’ Lulju, 2018.”

L-idea kienet malajr meħuda minn saċerdoti oħra fi Franza. Fid-Djoċesi ta’ Le Mans, Dun Gaëtan De Bodard li lanqas ma jsegwi il-futbol, ​​imma jara t-Tazza tad-Dinja bħala avveniment ta’ dimensjoni universali.

“Nixtieq infakkar lin-nies li jien kemm qassis kif ukoll ċittadin,” iżid il-ragħaj spiritwali. “Trid tkun iblah biex tevita rivoluzzjoni t’entużjażmu u komunjoni mal-poplu Franċiż.”

Dun Raphaël Willot, id-Dekan tal-Katidral, huwa entużjast ħafna dwar l-idea ta’ rebħa Franċiża. “Aħna ser indoqqu l-qniepen nhar il-Ħadd jekk tirbaħ Franza; se jkun avveniment sabiħ,” żied jgħid.

Mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja, bnadar Franċiżi kienu eżebiti fil-Katidral ta’ Lille. Il-missjoni tal-ħaddiema tal-parroċċa kitbet dokumenti apposta għall-okkażjoni. 

Kulħadd huwa kompletament lest għall-Ħadd.