Ritratti: “Daphne hija ‘Invicta’ għax qatt ma nbiegħet”

Credit: Monique Agius

Read in English.

”Daphne Caruana Galizia hija ‘Invicta’ għax qatt ma nbiegħet, mhux bħal ġurnalisti oħra“ hekk qalet l-attivista kontra l-korruzzjoni Allessandra Dee Crespo hekk kif illum l-attivisti ltaqgħu fi Pjazza tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta biex ifakkru l-memorha tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Din il-velja ġiet organizzata mill-Gruppi Occupy Justice u Repubblika biex ifakkru t-22 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-attivisti fakkru lil dawk preżenti li d-data ta’ skadenza li Malta ngħatat mill-Kunsill tal-Ewropa biex tinfetaħ inkjesta pubblika se tiskadi fi żmien xahar.

Dee Crespo b’referenza għal konvoj ta’ Santa Marija qalet li minkejja s-saħħa tal-bombi l-Maltin baqgħu kuraġġużi u ġġieldu mingħajr ma qatgħu qalbhom. Hija kompliet li bomba waħda kienet biżżejjed biex tiġi ddikjarata gwerra kontra l-libertà. Hija qalet li l-għan wara l-karozza bomba kien li kulħadd jiskot.

Dee Crespo kompliet li

Invictus

L-attivista Paula Fleri Soler qrat il-poeżija Invictus mill-poeta William Ernest Henley. Hija kienet qed tirreferi għar-rapporti mhux uffiċjali li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel tattoo bil-kelma ‘Invictus’, Fleri Soler qalet li matul iż-żmien din il-kelma kienet użata minn diversi politiċi. Sostniet li din il-poeżija tispjega lil Daphne li ġġieldet għall-verità.